Illum huwa jum għeluq snin missier l-attur, kittieb u direttur, Charles Meli, li sfortunatament kien ħalla din id-dinja. Charles tefa’ poeżija verament ħelwa ta' awgurju u biex ifakkar il-memorja tiegħu.
“Is-sitt birthday, li mintix magħna
lanqas naf, kif għadda ż-żmien.
Int kont u tibqa’, l-għażiż tagħna.
Għax imħabbitna, għalik bla tmiem.”, kienet parti mill-poeżija li tefa’.
Charles qal lil missieru li hu kien, għadu, u jibqa; jħobbu u li jimmisjah ħafna.
Ġranet bħal dawn ma jkunux faċli meta tkun tlift lil xi ħadd għażiż. Kuraġġ Charles!