Kyle Bezzina qasam l-istorja tiegħu ta’ meta qabditu l-marda tal-kanċer, li nzerta kien wieħed rari ħafna, meta għad kellu biss 11-il sena. “Tlajna Londra ħames darbiet u dejjem sibna lil Puttinu bħala spalla u ta’ appoġġ  kbir biex ikollna fejn noqogħdu ġewwa Sutton. Bħalissa erħajna kellna bżonn u ingħatajna. Huwa ta' serħan il-moħħ li kull meta niġu bzonn, nafu li ser insibu dar fejn nsibu l-kumdità kollha. Ġewwa Sutton naraw il-miraklu ħaj li ta' kuljum iwettaq Puttinu, u familji li sabu s-sapport meħtieġ f'dawn il-mumenti ta' bżonn” kiteb Kyle

Huwa kompla l-messaġġ tiegħu billi ħeġġeġ lin-nies ikunu ġenerużi bid-donazzjonijiet tagħhom lil Puttinu Cares, fil-maratona li ser issir fil-Ġimgħa l-Kbira. Bħalissa Puttinu qegħdin jaħdmu fuq proġett kbir ġewwa Londra, fejn ser jgħinu iktar familji fil-bżonn.


Nicole Zammit