Meta Sarah kellha erba' snin, kienet akkużata inġustament bil-mewt ta' ħmistax-il persuna mil-lokal.

Minħabba l-impediment li titkellem, xi wħud fil-komunità emmnu li t-tifla ċkejkna kienet ‘wild talispirtu’ skont id-drawwiet lokali li jassoċjaw id-diżabilità ma’ spirti ħżiena. Ħafna minn dawk il-membri tal-komunità, inkluża l-familja stess ta’ Sarah, irrabjaw minħabba l-inkapaċità jew in-nuqqas ta’ rieda tagħha li titkellem, keċċewha u saħansitra heddew li joqtluha. B'xorti tajba, Swor Stan Therese Mumuni u l-Knisja lokali fil-Ghana ġew mgħarrfa dwar il-periklu imminenti li kienet fih Sarah.

Swor Stan tiftakar li ġġieldet, kważi fiżikament, biex issalva lil Sarah milliktar destin terribbli u tagħtiha ċans ġdid fil-ħajja. Kull sena, ix-xahar ta’ Ottubru huwa ddedikat kollu kemm hu għall-missjonijiet, bil-Ħadd 18 ikun il-Jum Dinji Missjunarju. Bit-tema ta’ din is-sena: ‘La Tibżax, għax miegħek jien,” (Is. 41:10), Missio Malta flimkien mal-Knisja qed jistednuna biex ngħinu lil dawk fil-bżonn.

Il-qligħ ta’ din is-sena ser jgħin lil Dar Nazaret, li hija mmexxija minn Swor Stan bl-għajnuna ta’ sorijiet u voluntiera oħra biex jipprovdu mħabba, kenn, ikel u edukazzjoni lil bosta tfal vulnerabbli fil-Ghana li qed jiġu abbandunati mill-familji u l-komunitajiet tagħhom stess minħabba difetti fit-twelid. Missio ser ikun għas-servizz tal-Knisja f’Malta u f’Għawdex, billi jipprovdi għarfien, materjali u appoġġ liż-żewġ djoċesijiet.

Bħala l-għaqda karitattiva uffiċjali tal-Papa għall-missjoni barranija, Missio jippermetti lill-Kattoliċi f’Malta u f’Għawdex jgħixu s-sejħa li rċevew fil-Magħmudija: biex jieħdu sehem fil-missjoni universali tal-Knisja. Ejjew ilkoll ningħaqdu flimkien biex nuru solidarjetà ma' dawn l-aħwa inqas ixxurtjati minna, li jgħixu fil-Pajjiżi tat-Tielet Dinja. Kull talba u kull donazzjoni, kbira jew żgħira, huma apprezzati. Għal aktar informazzjoni jew biex tagħmel donazzjoni żur il-websajt www.missio.org.mt jew ċempel fuq 2123 6962.

Għal aktar informazzjoni żur http://www.missio.org.mt/ jew ċempel fuq 21236962


Kyle Zarb