Dan l-aħħar erġajna rajna r-ritorn ta' grupp mużikali li kien waqaf għal ftit snin mix-xena lokali. Qed nirreferi għall-grupp Scar li rritorna bil-kbir b'kanzunetta bl-isem ta' By The Way li kisbet bosta suċċessi fil-klassifiċi radjofoniċi dawn l-aħħar ġimgħat.

Propju llum, 41 sena ilu twieled il-kantant tagħhom Konrad Pule'. 

Konrad huwa wiċċ familjari ħafna mall-pubbliku Malti peress li rajnieh ħafna drabi jikkompeti fil-Festival Kanzunetta għall-Ewropa u dan l-aħħar kien ukoll wieħed mill-kantanti fil-kunċert Rockestra

konrad

Faceboook / Konrad Pule'

Huwa miżżewweġ lil Analiz u flimkien għandhom żewġt itfal vera ħelwin. 

Nafu wkoll min hu missieru għaliex dan mhu ħadd ħlief il-magician ferm popolari Vanni Pule'

scar

Facebook / Scar

Minn qalbna nawguraw lil dan il-kantant bravu u nisperaw li hu, flimkien ma' Scar, ikomplu jtuna mużika li tpaxxi l-widnejn bħal ma dejjem għamlu.

Facebook / Konrad Pule' - Nina Adams


Neville Refalo