Nicholas Briffa qasam kelmtejn fuq il-paġna tiegħu ddedikati għall-ġenituri biex jgħinu lit-tfal tagħhom iħossuhom aħjar dwarhom infushom hekk kif ser jerġgħu jibdew l-iskola.

Hu kiteb, “Hekk kif bil-mod il-mod daqt nibdew inħejju biex uliedna jirritornaw lura l-iskola, ftakar li, li jkollok konnessjoni emozzjonali mat-tifel/tifla tiegħek u li turi interess fil-ġurnata tagħhom tista' tagħmel differenza kbira fil-kunfidenza, il-kuntentizza u s-suċċess tagħhom.  Konnessjoni qawwija bejn il-ġenituri u l-ulied tgħin lit-tfal iħossuhom appoġġjati u vvalutati huma u jinnavigaw f'dak li se toffri s-sena skolastika l-ġdida. Iċċekkja u staqsiehom regolarment dwar l-esperjenzi, l-emozzjonijiet u l-isfidi tagħhom. L-involviment u l-inkoraġġiment tagħna bħala ġenituri jistgħu jagħtu spinta lill-awtostima tagħhom u jgħinuhom jirnexxu akkademikament u soċjalment.  Ejja nagħmlu din is-sena akkademika waħda mill-aqwa! 🙏”

Kuraġġ lit-tfal kollha li dalwaqt ser jibdew l-iskola! Nisperaw li jkollhom sena mimlija ferħ u tagħlim!

Facebook/ Nicholas Briffa


Gabriella Borg