Fr Karm żgur li m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni mal-qarrejja tagħna. Minbarra l-ħafna ġid li għamel fil-komunità lokali, hu għamel ħafna u ħafna ġid ukoll barra minn xtutna. Riċentament hu kien jinsab fuq missjoni ma tant u tant tfal u familji fil-bżonn! Tant hu hekk li talab għall-għajnuna tal-Maltin u kull darba li għamel dan, hu rċieva somom sbieħ mill-Maltin sabiex ikun jista' jgħin.

Kmieni din il-ġimgħa, Fr Karm iċċelebra għeluq snin. Hu għalaq 60 sena! Il-preżentatriċi lokali u simpatika Elaine Sammut ħadet l-opportunità sabiex tawguralu f'għeluq sninu u qaltlu, "kompli bil-ħidma prestiġġjuża tiegħek fil-komunità." M'għandniex dubju li Fr Karm ħa jkompli jaħdem għall-ġid tal-proxxmu fil-bżonn u jnissel tbissima fuq fomm dawk li għandhom bżonn.

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Fr Karm ħafna aktar saħħa, paċi u hena. Nittamaw li jkollu sena mimlija ġid u b'dak kollu li tixtieq qalbu. Awguri mill-qalb!

Facebook / Karm DeBattista


Emil Calleja Bayliss