In-narratur tal-paġna 'Ftit Minn Kollox' kiteb dwar kemm inbidlet il-ħajja għaliex dan iż-żmien kulħadd ikollu bżonn ħafna tlellix biex ikun kuntent.
Ġie miktub, "Forsi għax inbidlu ż-żminijiet, forsi għax inbidlu n-nies, imma xi darba kellna bżonn ħafna inqas tlellix biex inkunu kuntenti f'dawn iż-żminijiet. Kollox kien aktar sempliċi milli hu llum, u safrattant konna nħossu ħafna iżjed maġija mil-lum. Illum għandna ħafna iżjed dwal, veru, imma dawn jitfgħu dawl li ma jdawwalx lill-qlub. Għandna ħafna iżjed dekorazzjonijiet, iżda bilkemm nibdunaw bihom għax aljenati b'mitt elf ħaġa oħra. Forsi għax inbdilna, imma l-Milied ta' ċkuniti kont nistennieh b'ħerqa ikbar għax fis-sempliċita' tiegħu kien iġibilna ħafna ferħ u jgħaqqadna iżjed flimkien."
Kliem profond li jirrifletti dwar il-bidla li seħħet fi ftit snin. Intom taqblu mal-kliem tan-narratur?
Facebook / Ftit Minn Kollox