Ħafna mid-drama lokali tibda tinġibed fix-xhur tas-sħan tas-sajf u aħna ta' Gwida.mt noqgħodu attenti għal kollox. Fuq ritratt li tellgħat riċenti l-kantanta, attriċi u mudella Michela Galea nnutajna kumment partikolari li tagħna x'nifhmu li daqt nibdew naraw lil din il-personalità fuq id-drama popolari L-Għarusa.

Michela għadha kif bidlet il-kulur ta' xagħarha, xi ħaġa normali għal bosta tfajliet... wieħed mill-kummenti li kellha fuq dan ir-ritratt kien: "Hmmm x'inhu ġej?" u t-tweġiba ta' Michela kienet waħda: "hmmmm min jaf?". L-attur veteran Henry Zammit Cordina li jaħdem il-parti ta' missier Bettina fis-sensiela ukoll ħalla kumment isaqsi min jaf għaliex.

Ritratt: Facebook / Michela Galea

Wieħed mid-diretturi ta' din is-sensiela, Just Farrugia malajr qatgħalna l-kurżità għax ħalla kumment lil Michela fejn qalilha... narawk fuq is-sett! Michela wieġbet lura u qaltlu li hi ħerqana u grata ħafna għal din l-opportunità li ġiet preżentata lilha.

Ftit wara kiteb ukoll Steve Dalli id-direttur l-ieħor filwaqt li ma naqsux kummenti ta' Cassandra Spiteri u Paula Mintoff, żewġ atturi prinċipali f'din is-sensiela. Il-kurżità tagħna hi... min jaf x'parti ħa tkun qed tinterpreta Michela?

Tgħid xi karattru li smajna ħafna dwaru jew xi karattru kompletament ġdid? Ikollna nistennew ftit biex niskopru aktar.

Facebook / L-Għarusa


Emil Calleja Bayliss