Illum jagħlaq sninu Mick Laus, it-tifel tal-preżentatriċi tal-programm Ħadd Għalik, Angie Laus!
Mick-Alan Laus twieled bħal-lum 15 ta’ Ġinju tas-sena 1998 u llum ħa jagħlaq 23 sena. Mick huwa l-uniku tifel ta’ Angie u Duane Laus. Hu gradwa fl-Ingliż mill-Università ta’ Malta f’Diċembru li għadda.
Fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha Angie awguratlu b’messaġġ ħelu u qaltlu li għaliha, Mick huwa kollox u tħobbu sal-infinità u lil hinn!
Gwida.mt tawgura l-isbaħ xewqat lil Mick f’dan il-jum tant speċjali!