Kodi Lee għadu kif rebaħ il-kompetizzjoni America's Got Talent ta' din is-sena. Kif forsi qrajtu fuq GWIDA.mt ftit tax-xhur ilu, Kodi li għandu 23 sena, huwa kantant u pjanist li huwa għami u jbati minn l-awtiżmu.

Kodi rnexxielu jikseb il-bażer tad-deheb fl-ewwel episodju, meta deher quddiem il-ġurija u d-dinja kollha għall-ewwel darba. Dik l-audition rawha miljuni ta' nies fuq il-midja soċjali kollha.

Fil-finali Kodi kellhu ċ-ċans ikanta mal-kantanta ta' fama mondjali Leona Lewis, u talli rebaħ il-kompetizzjoni kollha, ingħata miljun dollaru kif ukoll spettaklu ġewwa Vegas.


Luke Borg