Johan Mifsud qasam mas-segwaċi tiegħu ħsieb li jġegħelna nirriflettu ftit fuq ħajjitna.

Ħafna artisti mietu mdejqin minħabba li qatt ma waslu fejn xtaqu huma, anke jekk ħadmu fuq li ħadmu għal dak li xtaqu jiksbu. Mill-banda l-oħra, hawn ħafna artisti li kisbu suċċess enormi, imma xorta waħda mhumiex kuntenti. Hija ħasra, iżda sfortunatament din hija r-realtà li qed ngħixu fiha llum.

Johan jappella biex inkunu fejn inkunu f’ħajjitna, għandna dejjem inkunu grati għal dak li għandna. Huwa importanti li nippruvaw inbiddlu l-mod kif inħarsu lejn l-affarijiet ta’ madwarna u nitgħallmu napprezzaw aktar dak li għandna u dak li rnexxielna niksbu.

Jekk inkunu kuntenti b’dak li għandna, inkunu kapaċi nilqgħu affarijiet akbar u isbaħ. Għalhekk irridu nkunu grati għal dak kollu li qed jiġri madwarna!

View this post on Instagram

A post shared by Johan Mifsud (@johanmifsud) on

F’isem Gwida.mt nixtiequ nirringrazzjaw lil Johan talli jaqsam mas-segwaċi tiegħu messaġġi ta’ motivazzjoni! Permezz ta’ dawn il-messaġġi, tikber il-possibiltà ta’ kif inħarsu lejn l-affarijiet li qed jiġru madwarna! Grazzi Johan!

Instagram / @johanmifsud


Yasmin Camilleri