Il-Baritonu Joseph Lia llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Lia ggradwa fil-mużika mill-Università ta' Malta iżda kompla l-istudji vokali tiegħu fil-Konservatorju famuż ta' Rimsky-Korsakov f'San Pietruburgu fir-Russja fejn kiseb Masters Degree fl-Opera, Pedagoġija mużikali u anke kant 'a capella'.
Studja wkoll Dottorat fil-kant u l-pedagoġija (jiġifieri t-tagħlim) mużikali.
Ritratt: Facebook/ Joseph Lia
Waqt li kien qed jistudja fir-Russja kien ukoll appuntat membru tal-ġurija fil-kompetizzjoni Shostakovich fl-2013 u mexxa kor f'kompetizzjoni internazzjonali liema kor rebaħ il-premju għall-aqwa interpretazzjoni fil-Montreux Choir Competition.
Ħa sehem f'bosta kompetizzjonijiet internazzjonali speċjalment fir-Russja u anke fil-Finlandja li fihom kien rebbieħ. It-tenur ta' fama internazzjonali Joseph Calleja nnominah biex jieħu sehem fil-Mozarteum fl-akkemdja tas-sajf fejn intagħżel biex jieħu master classes minn Profs. Kurt Widmer.
Huwa wkoll il-fundatur tal-Malta International Organ Festival u huwa wkoll il-kap tal-kultura (creative Europe Desk) fil-kunsill Malti għall-arti.
Minn Gwida.mt nawgurawlek f'għeluq sninek Joseph kif ukoll fil-karriera sabiħa tiegħek!
Ritratt: Facebook/ Joseph Lia