Nicole Vella, ħalliet lil xtutna ftit tal-jiem ilu sabiex tibda l-avventura tagħha f'Miss World ġewwa Londra u int issa tista' tgħin lil Nicole f'din l-avventura wkoll. Probabbli qed tistaqsi kif tista' tagħmel dan. Ma tantx hemm ħafna xi trid tagħmel, sempliċiment iżżur dan is-sit billi tafgħas HAWN u tagħżel Malta. 

Ritratt: Facebook / Nicole Vella

Min iġib l-aktar voti jitħabbar bħala r-rebbieħ tal-onlajn voting. Sabiħ li ngħinu lil Maltija sabiex ikollha ċans għal dan il-premju. Nicole mhux biss tfajla sabiħa, simpatika u grazzjuża iżda mżejna bit-talent tal-kant u ż-żfin. Id-demm tassew jiġbed! 

Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Nicole l-isbaħ xewqat, ċertament ħa tkun qed taqta' figura tajba f'isem Malta! Awguri Nicole! 


Emil Calleja Bayliss