Wara li aktar kmieni din il-ġimgħa kien hemm bosta rapporti ta' persuni li qed iwaqqfu lin-nies biex jitolbuhom il-flus, il-pulizija tinsab bl-investigazzjonijiet tagħha. Filmat partikolari ġie ppubblikat fuq il-midja soċjali u ġibed l-attenzjoni ta' bosta.

F'isem il-pulizija tkellem mas-sit One News L-Ispettur Godwin Scerri mill-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra fejn appella għall-attenzjoni meta xi ħadd jiġi jitlob il-flus. Spjega kif meta tkun talba ġenwina u persuna veru jkollha bżonn il-flus (karita), sippost ikollha indentifikazzjoni li turi li hemm awtorizzazzjoni minn xi entita biex jinġabru l-flus. 

Ikompli billi jissuġġerixxi lil dak li jkun biex jekk ikollu dubju jekk min qed jitlob il-flus hux qed jipprova jinganna jew jisraq, jipprova jevitah kemm jista' jkun. 

proactive


Kyle Zarb