Kif għidnielkom ġimgħa ilu, il-kantant Glen Vella żied esperjenza oħra fil-karriera tiegħu - din id-darba bħala preżentatur. 

Fil-fatt diġa' għaddiet ġimgħa mis-sensiela ġdida 'Kaxxa Daqq' fejn Glen qed ilaqqa' lit-tfal kollha ma' bosta strumenti mużikali differenti. Programm li tant qed jitgħallmu minnu u forsi jitpaxxew jisimgħu aktar dwar dak li jħobbu jagħmlu.

Dan il-programm li qed jixxandar kuljum fil-11:30 a.m. fuq TVM wasal għas-sitt episodju tiegħu diġa'. Segwi daqsxejn kif inhu sejjer Glen billi tara l-aħħar episodju ta' lbieraħ hawn taħt:

Facebook/ Glen Vella


Kyle Zarb