Daniel u Ylenia qasmu aħbar ta’ qsim il-qalb fuq il-midja soċjali tagħhom. Daniel Testa Spiteri kiteb, “Kif naħseb indunajtu, Ylenia u jien daqsekk se nibqgħu nippreżentaw Bay Breakfast. L-aħħar programm tagħna kien xi ftit ilu, fit-tnejn t’Awwissu. Sfortunatament ġejna mitluba biex ma ngħidux li se nitilqu jew nagħtukom messaġġ qasir dak il-ħin u allura nixtiequ nieħdu din l-opportunita’ biex ngħidu grazzi. Għalkemm konna offruti pożizzjoni oħra f’dan l-istazzjon, ħassejna li ma kienx ix-xogħol għalina u ddeċidejna li l-aħħar ħaġa tkun li nimxu ‘l quddiem.”

Huma rringrazzjaw lil kulħadd li bagħtilhom messaġġi ta’ nkoraġġiment u anke lil dawk kollha li kienu jisimgħu Bay Breakfast u anke vvutawh bħala l’aqwa programm tar-radju f’Malta.

Huma spiċċaw bil-kliem, “Għalkemm din il-bidla ma kinitx deċiżjoni tagħna, aħna nibqgħu grati għal kulħadd. Grazzi Malta u Għawdex, narawkom daqt.”

Żgur li dan il-programm se jkollu post speċjali għal dejjem f’qalbna. Grazzi tat-tbissim li tajtuna kull filgħodu waqt il-programm tagħkom!

Facebook/ Daniel Testa Spiteri


Gabriella Borg