Ġurnata wara li bdew jinfetħu l-iskejjel mill-ġdid gradwalment, l-Edukazzjoni tellgħat statistiċi fuq il-Facebook page. Jidher li kien hemm attendenza pożittiva ferm hekk kif hu meqjus li 85.5% tat-tfal irritornaw għall-iskola.

Gradwalment ser ikomplu jiftħu l-iskejjel għall-etajiet differenti matul din il-ġimgħa, hekk kif f’dan il-jumejn bdew it-tfal taċ-Childcare, kindergarten u xi klassijiet primarji u minn għada u il-Ġimgħa ser jiftħu s-sekondarji wkoll.

Matul iż-żmien li l-iskejjel kienu magħluqa, il-lezzjonijiet kienu xorta qed jibqgħu għaddejin online.

Facebook/Edukazzjoni


Bernard Xuereb