Lashia Ellul, ħabiba tal-mibki Alejandro Brincat qasmet ix-xokk tagħha għat-telfa ta' Alejandro. Hu kien sejjer għaliha meta sar l-inċident ġo Ħ'Attard. Ix-xokk jidher fi kliemha.

Hi tibda billi tikteb, "Kif jista’ jkun? Kont qed nistennek ġej għalija, b'rogħda kbira anqas nista nemmen. Kont għadek kif tkellimni ftit minuti biss qabel. Mulej, għaliex? Anqas irrid nemmen kif kellek tħallina hekk."

Hi żżid, "Kemm hi kiefra l-ħajja. Mur strieħ fis-sliem qalbi, dejjem f’qalbi! Żomm idejk fuq familtek, speċjalment fuq uliedek li tant kont tħobb b’qalbek kollha! Strieħ fis-sliem qalbi, għal dejjem f’qalbi."

Mill-ġdid insellmulek għażiż! Ħallejt ħafna nies jibkuk.

Facebook / Alejandro Brincat


Emil Calleja Bayliss