Waħda mill-persuni li riċentament ġew intervistati minn Ryan fuq il-programm televiżiv Sibtek hija Karmen Tedesco.

Ryan qal li “L-imħabba li kellhom Karmen u Wilfred, ir-raġel tagħha, hija xi ħaġa kbira. Illum sfortunatament m’għadux magħna, imma naf kemm kien importanti.”

Karmen bdiet tgħid l-istorja tagħha: “Kultant meta nħares lejn ir-ritratti ngħid kif jista jkun bniedem kien b’saħħtu…”

“Vera s-sena ta’ qabel kien marad. Imma t-tumur li kellu kien tneħħa u kien ħa t-treatment. Fil-fatt, ftit xhur qabel ma miet, f’Ġunju morna l-Awstralja.”

karmen
Ritratt: Facebook/Karmen Tedesco

Karmen spjegat kif wara l-vjaġġ tagħhom ġol-Awstralja, iddeċiedew li jmorru cruise. Wieħed mill-pajjiżi kienet it-Turkija, fejn Wilfred xtaq imur biex forsi jsib fejn kien jgħix missieru.

“Seba’ saħħiet kellu. Kif ġejna lura, mill-ewwel, sptarijiet, clinics, u fi żmien tliet xhur, telaq.”

“Il-ħajja vera trid tgħixha għall-mument. Inti ma tafx għada x’se jiġri… Kif bniedem ikollu dawk is-seba saħħiet u f’daqqa waħda jinżel?”

Facebook/Karmen Tedesco


Nicole Barbara