L-influencer lokali Sarah Zerafa, saqsiet lis-segwaċi tagħha kif għandha tiċċelebra għeluq sninha din is-sena. Sarah ħa tagħlaq 24 sena u kull sena tiċċelebra din il-ġurnata b’xi mod speċjali ma’ dawk viċin tagħha – kif tista’ tgħid jagħmel kulħadd. Skuża tajba sabiex nitilqu ’l barra u ngawdu ftit hux, ikun ħaqqna wara li nkunu xjaħna sena.
Aħna ħsibna f’ħames modi li tista’ tagħmel dan:
- Ġurnata ġewwa Kemmuna tgawdi u tilgħaq ix-xemx ma’ dawk qrib tagħha
- Ġurnata ġewwa xi dar privata fejn torganizza pool party u tagħmel ġurnata tiddeverti
- Tagħmel tmiem il-ġimgħa ġewwa waħda mill-lukandi lussużi f’pajjiżna, tliet ijiem tirrilassa u tirċievi trattamenti differenti tas-sbuħija
- Tmur l-ajruport u taqbad ajruplan għal xi destinazzjoni li ma tkunx pjanat, xejn isbaħ milli tesplora post ġdid
- Tippjana festin ma’ familjari u ħbieb, imbagħad wara terħilha għal xi klabb lokali u tkompli tiċċelebra hemm.
Jekk għandek xi ideat oħra, jew forsi taqsam magħna kif int iċċelebrajt il-jum speċjali tiegħek nieħdu gost insiru nafu. Forsi l-idea tiegħek tgħin lil Sarah tiddeċiedu x’ħa tagħmel din is-sena hux! Kull idea taf tkun valida!
Instagram / Sarah Zerafa