Il-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana ħabbret li ħarġet l-iskeda tal-eżamijiet tal-O u l-A Levels. Kien hemm ftit stennija għal dawn biex kulħadd jara jekk l-eżamijiet humiex ħa jsiru minħabba l-pandemija. Is-sena li għaddiet kellha titħaddem sistema differenti.
Hi qalet, "Kif għidt fil-Parlament, l-eżamijiet tas-SEC u tal-Matrikola, jiġifieri l-O Levels u l-A Levels mistennija jsiru fi żmien stipulat, kif tħabbar f’Ottubru 2020 skont l-iskeda tal-eżamijiet u skont il-protokolli tal-Awtoritajiet tas-Saħħa."
F'isem Gwida.mt, nixtiequ nawguraw lill-istudenti kollha li ħa jkunu qed ipoġġu għall-eżamijiet fil-ġimgħat u xhur li ġejjin. Nawgurawlhom kull suċċess, nafu li ma kinux sentejn faċli u forsi l-isfida tagħhom hi kemxejn aktar minn dawk li ħadu dawn l-eżamijiet fi snin preċidenti.