Hekk kif hawn eluf ta’ nies f’Malta li qegħdin kwarantina jew taħt lockdown, id-Dipartiment tal-Informazzjoni ta’ Malta ixxerja xi attivitajiet li wieħed jista’ jagħmel id-dar tiegħu.

Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, wieħed jista’ jitla’ u jinżel it-taraġ kemm-il darba, bħala forma ta’ eżerċizzju, jagħmel xi ftit stretching kif ukoll jisma’ l-mużika u jiżfen għal ftit minuti. Apparti minn hekk, hemm ħafna riżorsi u ideat onlajn.

Id-Dipartiment tal-Informazzjoni ta’ Malta żied jgħid li wieħed jista’ wkoll jitrenja għall-bilanċ tal-ġisem u s-saħħa tal-muskoli.

Facebook/Department of Information (Malta)


Nicole Barbara