Thomas De Martino, kunsillier żagħżugħ Mosti u preżentatur fuq NET FM ħabbar il-mewt tal-għażiż ħabib tiegħu Clayton. Żagħżugħ li ħalla din id-dinja fl-aħħar sigħat.

Hu jikteb, "Kif ħallejtna miblugħin ħabib tiegħi Clayton. Kemm hi kiefra l-firda, speċjalment meta tkun minn qalb tajba bħal tiegħek. Daqshekk tkellimna fit-tul, daqshekk dħaqna u ċċajtajna. Issa mur fejn ommok; kif tant xtaqt u kif jixraqlek. Strieħ fis-sliem ħabib, u kondoljanzi lill-familjari u għeżież tiegħek."

F'isem it-tim ta' Gwida, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari, qraba u ħbieb ta' Clayton. Nittamaw li jsibu l-kuraġġ li tant għandhom bżonn f'dan iż-żmien diffiċli. Kull telfa diffiċli iżda meta tkun ta' xi ħadd żgħir fl-età tinħass li seħħet qabel il-waqt.


Emil Calleja Bayliss