Il-kont ta’ Tiktok Malta Insights, qasmu filmat b’ritratt ta’ Marzia Calleja Maatouk mal-għażiża nanna tagħha Filippa. Marzia, flimkien mar-raġel tagħha kienu fuq il-lista tal-aktar persuni mfittxija fl-Ewropa. Ir-raġel ġie arrestat fil-Libja, filwaqt li Marzia ta’ 26 sena nstabet mejta.
Issa, li għadda ftit żmien mill-mewt tagħha, tkellmet dwarha nannitha. Qalet li ladarba kienet kriminali mfittxija, l-awtoritajiet kienu lesti jagħmlu minn kollox biex isibuha u jaqbduha, imma issa li hi mejta, jidher li ħadd qisu ma jimpurtah iktar.
Marzia kienet instabet mgħallqa, iżda dan ma kienx każ ta’ suwiċidju, skont ir-riżultati tal-awtopsja mill-pulizija Libjana.
Agħfas HAWN għall-post oriġinali.