Fuq il-midja soċjali Ira Losco tefgħet xi ritratti ħelwin tan-nanniet tagħha flimkien ma' uliedha Harry u Gigi! Dan waqt li marru jżuruhom fl-okkażjoni tas-66 sena anniversarju miż-żwieġ tagħhom.

Ira tistqarr li kienet okkażjoni speċjali għall-fatt li marru jarawhom huma u din id-darba bit-tfal ukoll. "Kienu ferħanin immens li raw lit-tfal. Huma kemm-il darba jżuru lill-ġenituri tiegħi d-dar tagħhom, u jaraw lit-tfal hemm, iżda dejjem xi ħaġa sabiħa li nżuruhom aħna!"

Minn qalbna nawguraw lin-nanniet ta' Ira, Mary u Anthony, fl-anniversarju tagħhom!  


Kyle Zarb