“Sejra Dubai!” kitbet il-familja ta’ Kate fuq il-paġna ‘Kate: Writing My Story’.
Huma spjegaw kif ser ikollhom iqattgħu xi ftit jiem Dubai għall-programm intensiv ta’ terapija għal Kate biex tkompli ttejjeb saħħitha u l-flessibilità ta’ ġisimha, biex ġisimha jkun lest għall-operazzjoni li se jkollha bżonn.
Huma spjegaw, “Kienet sena nkredibbli mimlija sfidi, u jiena vera grata li rnexxieli nasal s’hawn. Ħafna tgħiduli li d-determinazzjoni tiegħi tispirakom kuljum, li naf dawn l-affarijiet tgħini nkun iżjed b’saħħti.
Huma spjegaw kemm huma grati għall-appoġġ ta’ kulħadd u qalu li kull programm ta’ terapija huwa pass eqreb biex Kate tkun tista’ tgħix ħajja iżjed indipendenti.
“Se nkomplu nagħtukom l-aġġornamenti minn Dubai hekk kif nibdew din il-fażi important fil-vjaġġ tiegħi,” temmew jiktbu.
Facebook / Kate: Writing My Story