Kienet fost l-akbar ħolmiet ta’ Drakard u kien ilu snin jara l-X Factor ta’ barra minn Malta, u xtaq ħafna li jieħu sehem fih. Meta wasal Malta nistgħu ngħidu li resaq pass eqreb lejn li jaqta’ xewqtu, u fit-tielet staġun spiċċa parti minnu!

Drakard jitkellem dwar is-sentimenti li ħass tul il-fażijiet kollha, u li minn dejjem affaċċja sfida differenti. Ilaqqana wkoll mal-għażiża nanna tiegħu, li hi fost dawk il-persuni li l-iktar tkun hemm dejjem biex tappoġġjah.

Howard jgħid, “ Drakard huwa dak il-kontestant li għandna bżonnu fil-kategorija, u għandna bżonnu f’Malta wkoll.” 

Segwu l-vjaġġ:


Kyle Zarb