Gwida.mt tkellimna ma’ Matthias Camilleri, artist Malti li studja barra minn xtutna, f’Londra fuq il-kapaċitajiet tiegħu fil-ġimnastika u ċ-ċirku. Lil Matthias konna  rajnieh bħala finalist waqt l-ewwel edizzjoni ta’ Malta’s Got Talent ukoll. 

Matthias beda l-ġimnastika ma’ ħuh, u miegħu kellu l-opportunita jagħmel wirjiet lokali waqt spettakli bħal kunċerti għall-ġenituri, attivitajiet organizzati f’raħal twelidhom u avvenimenti oħra lokali. In-nies ta’ madwarhom dejjem urewhom appoġġ u kuraġġ biex jibqgħu għaddejjin fil-linja.

gh

"Ilni nipprattikah għal diversi snin. Ilni nippratikah minn ta xi 7 snin."

Matthias kien hemm żmien fejn waqaf mill-ġimnastika minħabba studju, iżda kien żammu darba, darbtejn f’ġimgħa. Meta kellu madwar’ 12-il sena Matthias wasal f’perjodu fejn kien sabha diffiċli jkompli, iżda sab min jinkuraġġieh.

 "Meta tibda xi ħaġa u ssir tħobbha, diffiċli twaqqafha. Jkollok dik il-passjoni...Ommi u missieri imbuttawni biex nibqa’ nippersevera."

gf

 Matthias matul il-karriera tiegħu ltaqa’ ma’ diversi kowċis, diretturi u għalliema li wkoll tawh kliem ta’ inkoraġġiment li għenu jibqa’ għaddej jagħmel dak li jħobb.

 Ma stajniex nonqsu milli nitkellmu miegħu dwar is-suċċess li kiseb waqt Malta's Got Talent f'Diċembru tal-2020. L-ewwel kliem tiegħu kienu, “Kienet esperjenza intensa.” Jgħidilna li kienet tinvolvi ħafna xogħol kemm artistikament kif ukoll loġistikament. Per eżempju kellu jixtri l-affarijiet u l-apparat li kellu bżonn, fosthom  l-ewwel pole tiegħu. 

“Kelli iżjed responsabbilta fuqi.” Matthias jispjega kif  waqt MGT għalkemm kellu l-għajnuna u l-pariri siewja, tgħallem xi tfisser tkun artist  indipendenti u professjonali.

Kotn nafhom ta’ l-affarijeit imma meta tkun ġo fihom tirrealizza xitfisser u x’tinvolvi biċċa xogħol. Kienet esperjenza speċjali għax kienet l-ewwel darba li tajt wirja pubblikament hawn Malta. Kienet l-ewwel darba li qed nesponi t-talent taċ-ċirku, li kont ilni naħdem fuqu sentejn u nofs f’Londra, u raw il-Maltin dak li kont qed nagħmel.”

 gf

Qabel MGT xi wħud minn sħabu ġieli raw xi filmati ta’ Matthias jagħmel xi wirja, iżda jisħaq li qatt ma kien daqshekk pubbliku meta kien Londra. “Infatti ommi u missieri kienu qatt ma rawni nagħti wirja…ma kinux jafu x’qed nagħmel f’Londra [fiċ-ċirku]” 

Jisħaq li, “Kull min kien jafni jew ma kienx jafni sar jaf x’kien jinvolvi t-training, u f’hiex investejt ħini f’dawk is-snin...Is-sapport u l-kuraġġ li rċevejt kien inkredibbli.”  Matthias jistqarr kemm qatt ma stenna li se jasal sal-finali ta’ MGT, u kien pass kbir għalih.

Lil Matthias rajnieh ukoll parti minn Malta Spectacular xi xhur ilu. “Meta ġiet l-opportunita ħadtha! Per eżempju f’Diċembru li għadda, nirringrazzja li d-diretturi ta’ Malta Spectacular, li tawni l-opportunita li nagħti wirja li ntlaqgħet sew mill-pubbliku.” 

 gf

“Kienet propju l-ewwel biċċa xogħol professjonali wara MGT”, iżid Matthias.

Il-pandemija telfet lill-artisti kollha, u din ħassha Matthias ukoll fejn tidħol il-passjoni tiegħu. Issa jinsab mimli tama biex ikompli jaħdem u jesponi t-talent tiegħu.

“Il-fatt li l-affarijiet qed jaqilbu għall-aħjar, ifisser li dalwaqt se jkollna iżjed opportunitajiet kemm lokalment kif ukoll internazzjonali. Meta jiġi ż-żmien irridu nkunu preparati, allura rrid nibda nkompli nrawwem lili nnifsi u nkompli naħdem fuq dak li vera nħobb u ngħożż.”

Matthias għandu xi ħbieb tiegħu fotografi li jsegwuh u kemm-il darba ħadem magħhom fuq photoshoots b'differenza, fejn jinvolvu improvizzazzjoni, akrobazija, żfin u moviment inġenerali.

Ikellimna dwar ix-xogħol tiegħu fi ħdan Matthias Circus. "Fl-2014 kien hemm Ċirku Malta, u ltqajt ma’ diversi artisti rinomati internazzjonali, u tliet snin wara mort nagħmel il-kors Londra. Ma kienx vjaġġ faċli. Kien hemm ħafna xogħol iebes, imma vera kuntent għax ġrejt wara l-passjonijiet u l-ħolm tiegħi.”

Jistqarr li mhux dejjem faċli tasal fejn tixtieq f’dan is-settur, kemm finanzjarjament, kif ukoll moralment. Matthias dejjem jittama li jkollu aktar opportunitajiet sbieħ biex jesponi iżjed iċ-ċirku tiegħu u x-xogħol tiegħu fi ħdan Matthias Circus.  

Bħalissa Matthias għandu intenzjoni kbira li jkompli jaħdem fuq diversi opportunitajiet li jinqalgħu kemm lokalment u internazzjonali. “Mhux se nibqa’ nħares lura…huwa żmien tajjeb biex naqbdu r-ritmu u nibqgħu għaddejjin, kif l-affarijiet [rigward Covid-19] ġejjin għall-aħjar.”

gf

Fuq Instagram naraw lil Matthias u l-grupp tiegħu ta' Maltesemotion. Il-grupp ta’ Maltesemotion magħmul minn grupp tal-ġimnastika li kien parti minnu Matthias żmien ilu.

“Se nagħlqu 10 snin u qed nipprovaw inżommu attivi kemm jista’ jkun”  Hu għadu attiv ħafna bħala grupp, u Matthias jgħid li fil-passat kellhom opportunitajiet kbar lokali fosthom iċ-CHOGM. Xi ħbieb minn tiegħu kienu anke parti mill-Malta Film Awards ftit ilu. 

 “Ħolma inkredibbli. Għamilna suċċess sabiħ f’dawn l-aħħar snin li ilna ffurmati” Matthias jgħid li għandu memorji mill-isbaħ ma’ dan il-grupp.

 Matthias isemmi kif l-idea ta’ Maltesemotion nibtet meta kienu jaraw filmati fuq il-midja soċjali, u xtaqu joħolqu xi ħaġa simili.  “Minn filmat wieħed, spiċċajna nagħmlu iżjed u bqajna għaddejjin. Kellna l-okkażjoni nagħmlu wirjiet flimkien lokalment, u vera sodisfazzjon għalina.”

“Bis-saħħa ta’ Maltesemotion kelli l-opportunita per eżempju li nagħti l-ewwel spettaklu tiegħi waqt Ċirku Malta, fejn kelli l-ewwel inkontru maċ-ċirku flimkien ma’ xi artisti barranin, li mmotivawni biex nidħol f’din il-linja.” 

Matthias jinsab grat immens lejn il-familjar tiegħu u anke ħbieb li tant kienu hemm għalih biex jappoġġjawh u jirnexxi fil-karriera tiegħu. Hu grat ukoll lejn Malta Arts Scholarships, li mingħajrhom ma jħossx li ċ-ċirku kien ħa jkun ta' suċċess, hekk kif tawh is-sapport u l-appoġġ kollu li dejjem kellu bżonn.

 Ma jonqosx messaġġ ta' kuraġġ għal dawk li jitħajjru jibdew il-ġimnastika jew xi tip ta' talent ieħor, kif ukoll xi ringrazzjamenti.

“Aħdmu b’ruħkom u b’ġisimkom jekk verament tħossu li għandkom passjoni ud-determinazzjoni. Ħa ssibu intoppi imma dejjem, dejjem possibbli! Minn hawn jew minn hemm b’xi mod dejjem issib xi mod kif il-ħolm jista’ jsirlek realta.”

Matthias jisħaq li dejjem għandek temmen fik innifsek, u titgħallem dak li tixtieq. Għandek dejjem timpenja ruħek u tinvesti l-enerġija tiegħek u ħinek f’dak li tħobb. 

gf

“Hemm min beda mingħajr esperjenza ta’ xejn. Taqtgħux qalbkom, tħeġġu u tgħallmu. Illum hawn ħafna fejn titgħallem il-ġimnastika, anke rigward żfin, arti, u mużika. L-opportunitajiet hawn Malta qed jiżdiedu, għalkemm fadal fejn navvanzaw, biss vera żdiedu l-opportunitajiet ikkumparat ma’ meta kont żgħir jien.”

Hu lest biex anke jgħin kif jista' lil dawk li għandhom xi ħolm jew ambizzjonijiet.

 “Jekk qatt ikun hemm xi ħadd li għandu bżonn xi parir, jew jixtieq jitgħallem xi ħaġa, tiddejqux tikkuntattjawni għax jiena nkun vera kuntent li naqsam dak li naf u li tgħallimt. Kulħadd ikollu bżonn naqra ħeġġa kultant. Jien biex tlaqt minn Malta għal Londra ma kinitx faċli, iżda bis-sapport ta’ kulħadd, waslet u saret realta.”


Kyle Zarb