F'post ta' Facebook inkiteb appell biex jinstab sid dan il-kelb, li nstab barra u li jidher li ntilef. Il-persuna konċernata tappella biex jinxtered dan il-post ħalli kemm jista' jkun jasal għand is-sid malajr.

Il-persuna kitbet li sabet dan il-kelb iż-Żurrieq u ħaditu għandha biex ikun sigur. Kien qiegħed fix-xita waħdu u deher li kien mitluf. Jidher li huwa ta' xi ħadd hekk kif il-kelb hu msewwi. Xerrdet anke diversi ritratti tiegħu. "Xerrdu jekk jogħġobkom. Qiegħed miegħi d-dar, sigur."

Jalla jinstab is-sid malajr kemm jista' jkun!


Gwida.mt