Utent fuq Facebook qasam mal-pubbliku storja dwar persuna li għaddiet minn esperjenzi diffiċli u terbulenzi minħabba l-vizzju tax-xorb. Din il-persuna kellha inċident bil-karozza wkoll wara li żbaljat u xorbot iżżejjed qabel ma saqet. 

L-utent jirrakkonta kif din il-persuna minkejja dak kollu li ġarrbet, irnexxielha terġa' tqum u titla' fil-wiċċ. Bi spirtu pożittiv baqgħet tiġġieled biex tegħleb kull ostaklu.

"Bħal-lum 15-il sena ilu R. kien qed isuq imlaħlaħ waħda sew u ħabat. Il-karozza ġarrbet ħsarat kbar. Illum se naqta' l-istorja  fil-qasir, imma kien dakinhar li R. intebaħ li ma setax jibqa' sejjer kif kien. Il-ġenetika ma kinitx ħanina miegħu: missieru u nannietu alkoħoliċi. Kien ilu 13-il sena jfittex l-għajnuna, imma ġeneralment li kien qed jagħmel kien nofs qalb u nofs kedda. Dakinhar xi ħaġa tqanqlet ġo fih u qal ''Daqshekk''. U beda jikkopera mal-għajnuna bis-serjetà. It-triq ma kinitx wietja: xahrejn wara li waqaf miet missieru. Għaddew seba' xhur u mietet ommu. Għaddew ftit xhur oħra u spiċċa rikoverat l-isptar minħabba dipressjoni. Imma baqa' ma missx qatra ma' ħalqu."

Din il-persuna sofriet minn dipressjoni wkoll, madanakollu rnexxielha tirbħilha wkoll. "Illum id-dipressjoni ilha s-snin li għosfrot u, għalkemm il-problemi ma naqsux, għad irrid niltaqa' ma' alkoħoliku wieqaf li hu pożittiv daqsu. Minn rajh iddeċieda li jrid ixerred il-messaġġ lill-alkoħoliċi oħra: jitkellem bil-miftuħ fuq l-istorja tiegħu kull fejn imur, mar fuq it-televixin kemm-il darba u l-istorja tiegħu xxandret fil-gazzetti. Kliemu jixhed kapaċità ta' riflessjoni li timpressjonak. R. eżempju ħaj ta' kif qatt m'għandek taqta' qalbek, lanqas meta tkun ilek snin tikkumbatti ma' kundizzjoni kiefra bħala hija d-dipendenza severa."

Segwi l-istorja kollha HAWN!


Kyle Zarb