Il-familja ta' Glen u Sandro kibret kemxejn mill-bieraħ, hekk kif laqgħu f'darhom liċ-ċkejken Spagettu. Kulħadd jaf kemm Glen iħobb l-annimali u jidher li wara l-ġenn tat-tieġ, il-koppja għamlu addozzjoni ta' dan iċ-ċkejken.

"Wara aktar minn xahar nistennew, illum aħna sidien kburin ta' din il-kreatura sabiħa. Grazzi Lulu Arpa minn Rescued is my Favorite Breed - Lulu Arpa, welfare għax-xogħol kollu u l-fosters tagħna Phil Bombi u Nina Karniej talli ħadu ħsieb Spagettu għax-xahar li għadda."

Awguri Glen u Sandro, ninsabu ċerti li Spagettu ħa jkun imfissed ħafna!


Emil Calleja Bayliss