Illum 25 ta' Settembru waqt il-maratona ta' Dar Bjorn 'Ngħinu Aktar' ixxandar filmat ta' meta l-Papa Franġisku żar Malta u ltaqa' ma' Bjorn Formosa. Fil-filmat li ttella' fuq il-paġna ta' Facebook ta' Bjorn naraw il-papa jqum bilwieqfa minn fuq is-siġġu tar-roti tiegħu u jbierek lil Bjorn. Hu qal li dan probabbli kien l-aħħar darba li d-dinja rat lill-Papa bilwieqfa, għax dan l-aħħar qiegħed juża ta' spiss is-siġġu tar-roti.

"Il-Papa kien jaf bix-xogħlijiet ta' Bjorn! Kien mument vera speċjali fejn Bjorn talab mal-Papa biex il-Mulej jgħinu f'dan il-proġett li jmiss" kitbu fuq il-midja soċjali. 


Nicole Zammit