Is-sit Times of Malta ingħaqdu ma' Profs Charmaine Gauci u qed jilqgħu diversi mistoqsijiet relatati mal-Covid-19 li qed ikollu l-pubbliku. In-nies qed isaqsu u Profs Gauci jidher li qed twieġeb b'mod dettaljat.

Persuna staqsiet lil Profs Gauci rigward it-tfal. Ċertament li huwa ta' nkwiet kbir għall-ġenituri dan il-virus meta jafu speċjalment li t-tfal qed jattendu l-iskola per eżempju. Il-mistoqsija kienet relatata ma' dawk it-tfal li ġew infettati bil-Covid-19. Il-persuna xtaqet issir taf jekk kienx hemm tfal li nżammu l-isptar jew esperjenzawx xi kumplikazzjonijiet minħabba l-Covid. 

Profs Gauci twieġeb li t-tfla huma esposti għall-Covid-19 daqs l-adulti, u huwa magħruf li faċilment ikunu cariers u jgħaddu l-virus lil ħaddieħor jekk ma jittieħdux il-prekawzjonijiet. "Madankollu, inqas tfal ġew ikkonfermati pożittivi għall-Covid-19 meta mqabbla mal-adulti. Kien hemm ftit tfal li ġew irrappurtati ma jifilħux u ma tantx kien hemm minnhom li kienu jeħtieġu jinżammu l-isptar. Xorta waħda, xi wħud xorta kellhom bżonn kura fl-isptar minħabba Covid-19 jew il-kumplikazzjonijiet tiegħu. Minn data lokali, 14-il tifel u tifla ddaħħlu l-isptar."

Profs. Gauci tfakkar fl-importanza enormi li t-tfal minn eta ċkejkna jibdew ikunu mgħarrfin dwar l-obbligu tal-maskra u l-ħtieġa li jżommu ruħhom nodfa speċjalment bil-ħasil tal-idejn.

Aqra aktar HAWN.


Kyle Zarb