"Kien Hemm Mumenti Fejn Kont Se Naqta' Qalbi" – Omm Li Rnexxielha Tiggradwa Minkejja T-Telfa Ta' Binha

Minkejja li fl-istess sena kellha taffaċja t-telfa ta’ binha madankollu xorta waħda rnexxielha tlesti t-teżi u b’hekk twettaq il-ħolma tagħha li tiggradwa.





F’intervista mal-Università ta’ Malta, l-omm Nicki Farrugia Mangion tistqarr li t-triq ma kinitx waħda faċli u kemm-il darba kienet se taqta’ qalbha.

“Ir-reżiljenza ma tfissirx li ma tħossx l-uġigħ iżda li jirnexxielek tkompli b’ħajtek minkejja l-uġigħ,” sostniet l-omm emozzjonata.

Hi stqarret li dan is-suċċess żgur ma kienx ikun possibbli għaliha li ma kienx għall-għajnuna li ngħatat minn dawk ta’ madwarha fosthom il-lekċerers tagħha kif ukoll il-familjari tagħha.



Nawgurawlha għal dan is-suċċess!

YouTube / L-Università ta’ Malta u Facebook / Youth Community & Migration Studies at UM

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI