Il-personalità lokali Fabian Demicoli, illum spiċċa parti minn meme li għaddejja ddur fuq il-midja soċjali. Meme relatata ma' Black Friday. Jidher li The Godli Meme Crew ħadu screenshot mill-Malta Journalism Awards fejn Fabian irċieva premju f'isem it-tim ta' Xarabank flimkien ma' Mandy Micallef Grimaud.

Dan l-iscreenshot spiċċaw dawruh f'meme dwar il-famuża ġurnata ta' Black Friday fejn bil-mossa ta' Fabian u bil-kliem, "Meta tibda ddur il-ħwienet fi Black Friday u ssib l-istess prezzijiet ta' xahar ilu..."

Fabian jidher li ħadha b'ċajta iżda kiteb, "Prosit The Godli Meme Crew!! 😂 Ngħiduha kif inhi, kien ħaqqni. Naturalment ma naqbilx mal-messaġġ, u din is-sena aktar minn qatt qabel nħeġġeġ in-nies biex jixtru lokali! Bħala Malta Chamber of SMEs ħadna ħsieb biex ħejjejna lista ta' negozji li għandhom offerti speċjali għal Black Friday u liema negozji qed joffru servizz online u delivery!"

Ifhem jekk wieħed jixtri mid-dar ħa jkun aktar sigur, speċjalment minħabba l-pandemija preżenti!


Emil Calleja Bayliss