Tal-Mellieħa jinsabu taħt xokk, hekk kif tħabbret l-aħbar li ġie nieqes Darren Vella mill-istess lokal. Is-Sindku Mellieħa Dario Vella kiteb, "Ixxukjat u bla kliem. Kien bniedem ħabrieki u b'qalb tad-deheb. Strieħ fis-sliem ħabib Darren Vella. Kondoljanzi u kuraġġ lill-familjari."

Il-Kunsilliera Rebecca Bartolo Cutajar ukoll kitbet fuq il-mezzi soċjali tagħha, "Tant imnikkta meta smajt dwar il-mewt ta’ Darren. Se jimmissjah kulħadd. Strieħ fil-paċi għażiż Darren u j'Alla Alla jkun mal-familja tiegħek matul dawn iż-żminijiet diffiċli. Il-kondoljanzi sinċieri tiegħi."

Aħna f'isem Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari tiegħu f'dawn il-mumenti diffiċli u nittamaw li jsibu s-sabar li għandhom bżonn.


Emil Calleja Bayliss