Peppi Azzopardi għadu kemm ippubblika versi li kiteb iddedikati għat-tarbija li ferrħet lill-familja tiegħu, u għamlitu Nannu! Peppi jispjega li l-versi ġew ispirati mill-kanzunetta ta' Kurt Calleja, Bla Tarf, u fil-fatt ibbażahom fuq l-istess melodija, wara li staqsi lil Kurt u hu minnufih aċċetta.
"Hekk kif sirt Nannu. Hekk kif twieled bdiet tidwi f’qalbi, il-kanzunetta ta’ Kurt Calleja, Bla Tarf. Imbagħad jien bdejt nikteb versi differenti ddedikati lit-tarbija," jikteb Peppi. Fil-versi Peppu juri l-gratitudni li qed iħossu hu u martu Mandy, issa li ngħataw dan ir-rigal mill-isbaħ u saru nanniet.
"Kieku taf kemm stennejniek
Kieku taf x’festa, x’għandna bik
Xejn ma rridu f’dal-mument
Ħlief li inti tkun kuntent"
Awguri mill-qalb Peppi, Mandy, Xandru, l-imħabba ta' ħajtu, u l-familjari kollha!