F'intervista li għamilna ma' Mario Micallef, aħna kellna mistoqsija kemxejn differenti mis-soltu! Mario bniedem ta' ħafna esperjenza u staqsejnieh li kieku jkollu poter maġiku, xi jkun? Ir-risposta kienet waħda xierqa u f'postha għal dan iż-żmien!

Hu jgħidilna, "Kieku żgur li kont nipprova nibdel ċerta mentalità, speċjalment dik li tifridna bħala poplu. X’hemm isbaħ li bħala ningħaqdu llkoll flimkien mingħajr piki bla bżonn li ħlief ħsara u firda ma jġibux. Iva, il-fehmiet ma jimpurtax li jkunu differenti minn ta’ xulxin, imma għaliex għax ma naqblux għandna inweġġgħu li xulxin b’atteġġjament tagħna?"

Hekk kif qed nersqu lejn tmiem is-sena, staqsejnieh għaliex ser jibqa' jiftakar is-sena 2019! Hu jistqarr magħna, "Naħseb għal ħin sabiħ li meta kelli ċans qattajt man-neputi għażiż tiegħi Nico. Nipprova nsib il-ħin li narah u noħorġu flimkien. Niftakar ukoll fix-xogħlijiet li għamilt matul is-sena, kemm teatrali, kif ukoll televiżivi, u s-sodisfazjon li jkunu ħallew warajhom."

Ħadna ċans u staqsejnieh x'hemm preparat għas-sena 2020! "Jidher li l-2020, sa tkun sena oħra impenjattiva wkoll, kemm teatrali, kif ukoll televiżiva. Dejjem jekk Alla jkompli jislifni saħħti u l-memorja."

Aħna nawguraw lil Mario l-isbaħ xewqat u kull suċċess f'dak kollu li għandu pjanat! Żgur mhux forsi, fadallu ħafna u ħafna x'joffri lil palk u lil udjenzi Maltin!

Facebook / Mario Micallef


Clifford Galea