Ħadd ma jista' jgħid kemm jagħmlu ġid is-sorijiet tal-Creche daqs min għex magħhom. Lil min rabbew. Lil min ħadu ħsieb. Lil min salvaw. Emanuel Seguna fuq il-mezzi soċjali esprima ddiżżapunt tiegħu li għalaq il-Creche.

Emanuel Seguna jistqarr, "Ma nistax immur norqod mingħajr ma nuri diżappunt tiegħi! Ma nistax norqod u ma nħossnix nkwetat bis-sitwazzjoni. Ma nistax ngħid grazzi lil dawk in-nies li għal ħafna huma sorijiet normali u għalija kienu kollox!"

"Kieku ma kinux huma jien mhux ħaj illum..." - Statement b'saħħtu! Hu jkompli jgħid, "Għixt torturi kbar taħt ommi naturali, taħt oħti ... kif ukoll ċertu deċiżjonijiet f'idejn dawn in-nies li lanqas għalihom ma kienu kapaċi jiddeċiedu, preferenzzi, mibgħeda, kif ukoll swat aħrax u ħafna iktar... Tawni sodda, ħrieqi, skola, imħabba, tagħlim, indafa, u dak kollu li kien ħaqqni bħala tarbija umana..."

B'emozzjoni jgħid, "Ħaduni għand familja, li kienet ġiet għalija li kompliet tagħtini l-valuri kollha... Kif jgħidu ħafna milli studji trid tkun f'ambjent ċert, stabbli li joffru affarijiet bażiċi... li jien sibthom ġewwa dak il-post... x'ħa jsir minn dawk kollha li ħa jkollhom bżonn? Ħa jbatu mill-bidu ta' ħajjithom?"

Emanuel jgħaddi ringrazzjament, "Grazzi Sister Magdalene Cauchi, Letizia Baldacchino, Rosette Camilleri, Michaela Paris u lil dawk is-sisters li f'età żgħira għamlu l-aħjar għażilt għalija. Nitlob għalikom u nirringrazzjakom. Le, ma niddejjaqx ngħid li jien tifel imrobbi ġo sistema tal-istitut kif ukoll fostering."

Hu jtemm jgħid, "Is-sistema ta' żmieni kienet ta' suċċess għax għallimtni napprezza u nirringrazzja lil min apprezani u tani l-kuntentizza.. bil-kontra tas-sistema ta' issa, progress li fih ħafna rigress... deċiżjoni li ħa jbatu t-tfal bija."

JJ CHircop - Facebook / Emanuel Seguna


Emil Calleja Bayliss