L-attriċi u kantanta lokali Analise Mifsud tfakkar il-memorja sabiħa ta' ommha Dorselle. Kieku Dorselle għadha ħajja, kieku llum kienet tiċċelebra għeluq sninha. Il-mewta tagħha, ħabta u sabta kienet ħasdet lil tant u tant nies, speċjalment studenti tal-mużika li kienu jersqu għall-eżamijiet u jiltaqgħu magħha ta' spiss.

Bintha Analise tikteb, "Kieku llum kont tagħlaq 62 għażiża ommi! M’għandi l-ebda ritratt ġdid xi nżid tiftaħ ir-rigali tiegħek u tgawdi l-kejk illum, allura qed naqsam l-memorji sbieħ tal-aħħar għeluq sninek, lura fl-2017. Inħobbok ma, għal dejjem u dejjem. Grazzi ta' dak kollu li tajtni. Kulma għandi llum huwa biss minħabba fik."

Aħna f'isem Gwida.mt, insellmu l-memorja mill-isbaħ ta' Dorselle. Ninsabu konvinti li qed tħares fuq l-għeżież tagħha.


Emil Calleja Bayliss