Il-kantanta u kantawtriċi Amy Winehouse ħallietna fl-Lulju tal-2011, meta kien għad kellha biss 27 sena. Kienu llum għeluq sninha u kienet tagħlaq 36 sena!

Ilkoll nafu kemm din il-kantanta kellha vuċi unika. Il-vuċi staordinarja tagħha ma tista’ tinsieha qatt! Amy Winehouse kisbet il-premju prestiġjuż tal-Grammy Award għal sitt darbiet!

Uħud mill-kanzunetti l-aktar popolari tagħha huma Valerie, Rehab u Back to Black, fost ħafna oħrajn. Ħafna mill-kanzunetti tagħha għadhom jindaqqu fuq ir-radju u anke jitkantaw minn diversi kantanti, inkluż lokali.

Ħafna fans awgurawlha f’din il-ġurnata u fakkru kemm kienet persuna ta’ inspirazzjoni. Apparti li kienet kantanta u kantawtriċi mill-aqwa, Amy Winehouse kienet persuna ta’ inspirazzjoni u motivazzjoni kbira. Fost l-oħrajn kienet tagħti l-flus, mużika u ħinha lill-karità, speċjalment fejn ikun hemm it-tfal fil-bżonn.

Instagram / @shadesofpop_


Yasmin Camilleri