Illum tiċċelebra għeluq sninha l-kantanta lokali Kylie Coleiro, li dan l-aħħar sirna narawha ħafna wkoll fuq il-mezzi soċjali titkellem dwar diversi affarijiet attwali wkoll.

F'dan il-jum, ħuha Klinsmann, ħallielha messaġġ sabiex jawguralha f'dan il-jum. L-aħwa huma tassew viċin xulxin, għalkemm mhux l-ewwel darba li anke spiċċaw jikkompetu kontra xulxin.

Klinsmann kitbilha, "Happy Birthday lil oħti ż-żgħira Kylie. Kieku kulħadd kellu oħt tal-għaġeb bħalek! Id-dinja tkun post ferm aħjar. Nawguralek ġurnata mill-aqwa."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawgurawlha ġurnata mill-aqwa u nittamaw li jkollha sena mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbha.

Facebook / Kylie Coleiro


Emil Calleja Bayliss