Ħafna persuni qed jagħtu l-kummenti u l-opinjonijiet tagħhom dwar il-libsa ta’ Destiny.

Moira Stafrace, li kienet irrapreżentat pajjiżna fl-istess kompetizzjoni, fl-1994, tagħt ukoll il-kummenti tagħha dwar dan.

Moira qalet li Destiny u t-tim tagħha jistgħu jkun li qed jinsew li l-Eurovision mhuhiex il-kunċert personali ta’ Destiny, imma din se tkun qed tirrapreżenta lil Malta, u kieku dan kien il-kunċert tagħha setgħet tilbes li trid. Qalet ukoll li mhemm l-ebda regola li tgħid persuna x’għandha tilbes, imma dan irid jiġi mill-persuna li tilbes dak li hu xieraq fuq il-palk.

“Il-pubbliku se jibqa jikkummenta għax dan huwa x-xow tiegħu wkoll.  

Facebook / Moira Stafrace / Destiny Chukunyere


Gwida.mt