Madwar 7 snin ilu, Mariella Pace Asciak kienet għamlet 6 operazzjonijiet biex tirranġa d-dehra tagħha. Kienet għamlet l-operazzjonijiet ta’ wiċċha kollha f’daqqa imbgħad ta’ żaqqha kienet għamlet aktar tard. 

Ritratt minn One Play / Primetime

Il-preżentatur ta’ Primetime, Owen Bonnici staqsa lil Mariella għaliex ma kinitx idejqet tgħid bl-operazzjonijiet li kienet għamlet.

“Jien dejjem irrispetajt l-intelliġenza tan-nies kollha. Meta tkun persuna publika fuq it-televiżjoni naħseb li tant ibdilt illi ma kinx possibli li tgħaddi n-nies minn għajn il-labra” – Mariella 

Mariella tistqarr li tant kienet inbidlet li fl-ajruport kien ser ikollha problema biex tingħaraf mill-passaport. “Tant kont inbdilt li anke biex ġejt lura, kelli l-passaport li mort bih. Għal-lura is-surgeon li għamilli l-operazzjonijiet kellu jagħmilli dikjarazzjoni li dik hija jien. Bid-dettalji u l-firma tiegħu biex jekk jinqala’ xi ħaġa l-ajruport jkunu jistgħu jċemplu lilu. Kif ġejt hawn Malta kelli nibdel il-passaport kompletament”.

Ritratt minn One Play / Primetime

Imma kieku llum il-ġuranata kienet tagħmilhom l-operazzjonijiet? Mariella tweieġeb...“Jekk jien ħa mmur lura għal dak iż-żmien, kont nerġa nagħmilha elf darba. Naħseb kieku kelli nagħmilha llum biċ-ċirkostanzi li għaddejt minnhom, operezzjonijiet u fatti tal-ħajja, naħseb li naħsibha darbtejn.”

Mariella żżid tgħid, “Il-ħajja ġġiegħlek tagħmel il-prijoritajiet tiegħek. Dak iż-żmien il-fatt li kont kontinwament television u dawn l-affarijiet, il-prijorità kienet dik. Imma illum naħseb l-istil ta’ ħajja li qed ngħix, forsi ħajja aktar kwieta m’għadiex dik il- prijorità tiegħi”.

Tista’ tara l-intervista hawn:

ONE Play / Primetime


Anthony Baldacchino