Clifford Galea jgħaddi appell biex ilkoll nagħtu sehemna biex ikollna ambjent aħjar u iktar nadif. Sfortunatament hawn wisq min mhux jagħti kas, u l-clean-ups li jiġu organizzati u dak li jinġabar, huma xhieda ta' kemm hawn min qed jarmi addoċċ.
"Attendejt għall-clean-up li sar fi Triq Ħabel Żwejra fil-Magħtab organizzat min-In-Naxxar Local Council. Kieku jaħasra nagħmlu naqra sforz, ikollna ambjent aħjar. Tazzi tal-kafe’, fliexken, ħrieqi u x’ma nafx iżjed. Darna nadifa żgur, allura barra nġiddmuh? Ir-Reġjun Tramuntana pprova l-għodda biex isir it-tindif u għen lokalitajiet oħra li għamel attivitajiet simili."
Prosit Clifford u dawk kollha involuti!