Lara tistqarr li tħossha kburija li meta kellha 15-il sena u skopriet li se jkollha tarbija ma beżgħatx mir-responsabbiltà u minkejja kollox rabbiet lit-tarbija tagħha.
“Kieku għamilt abort kienet tibqa’ fuq il-kuxjenza tiegħi,” sostniet Lara li titkellem dwar il-ferħ li din it-tarbija ġabitilha f’ħajjitha u tisħaq li fil-fehma tagħha “ħadd m’għandu dritt joqtol tarbija”.
Illum il-ġurnata Lara għandha tlett ulied u tistqarr li dejjem tagħmel li tista’ sabiex tagħtihom l-aqwa trobbija possibbli u tara li fil-futur ma jbatux matul ħajjithom.
“Illum hawn ukoll ħafna għajnuna għal tfajliet li jkunu qed jikkunsidraw jagħmlu abort,” tispjega Lara.
Facebook / Life Network Foundation Malta