Il-kumpanija KIA ħabbret il-ħrug ta’ The Swim l-aħħar episodju fis-serje ta’ dokumentarji The Journey of Inspiration, li jirrakkonta il-kisba inkredibbli ta’ Neil Agius li għam distanza ta’ 142.3 kilometru f’60 siegħa u 4 sekondi madwar il-Gżejjer Maltin. Din l-għawma li ġiet iddokumentata fi storja awdio viżiva toffri lit-telespettaturi aċċess esklussiv għall-mumenti storiċi ta’ din il-kisba tassew unika.
Il-filmat The Swim jieħu lit-telespettaturi fi vjaġġ immersiv, fejn juri il-mentalità, ir-reżistenza, u d-determinazzjoni li ddefinixxew ir-rekord dinji tal-għawma ta’ Neil. Il-filmat esklussiv ta’ Kia juri kif din l-isfida ma kinitx biss sfida fuq il-limiti fiżiċi iżda hija wkoll prova tar-reżiljenza umana u impenn lejn sosttenibbiltà.
Ara l-episodju hawn taħt.
L-Impenn ta’ Kia għal Futur Sostenibbli
Bl-appoġġ ta’ Kia, Neil Agius wera x’inhu possibbli għal futur aħjar. Hekk kif Neil jistinka sabiex ikollna ibħra u oċeani aktar nodfa u ikun ta’ ispoirazzjoni għall-azzjoni globali, Kia tinvesti f’soluzzjonijiet ta’ mobiltà innovattivi u sostenibbli li jsawru l-futur b’mod responsabbli.
Wieħed jista’ jara is-sensiela kollha u jsegwi il-vjaġġ li kien ta’ ispirazzjoni għalina ilkoll billi jagħfas fuq dan il link: The Journey of Inspiration Series.