Żgur li smajtu b'dawn l-ismijiet brillatni: Jason Cassar u Kevin Borg. It-tnejn kellhom suċċess kbar; biss biss Jason Cassar kien il-kompożitur ta' 'The one that I love' meta Chiara minn ma jafha ħadd, splodiet fil-quċċata, tant li kważi rebħet il-Eurovision Song Contest innifsu fl-1998 u anke l-kanzunetta rebbieħa fil-Malta Song 'My Dream' ta' Thea Garrett.

Dan apparti numru kbir ta' mużika oħra li m'għandniex lok li nsemmuhom kollha għax ma nieqfu qatt!

Mill-banda l-oħra, Kevin Borg kien rebaħ l-iSwedish Pop Idol fl-2008 u minn hemm beda karriera eċitanti ta' tours ukoll fost proġetti oħra.

Jidher li wasal il-mument li jerġgħu jiġġeddu l-memorji u jissaħħu l-għeruq, sostna Kevin. La qalulna hekk biss, nistennew ikollna hux! X'kurżità!

Awguri lilkom it-tnejn mingħandna ta' Gwida.mt

Ritratt: Facebook/ Kevin Borg


Clifford Galea