Il-kantant Kevin Borg sar famuż għaliex kien rebaħ il-ħames staġun tal-kompetizzjoni Svediza tal-kant Idol fis-sena 2008 u minn hemm kompla jtejjeb il-karriera tiegħu hekk kif anke ħa sehem fil-Eurovision fis-sena 2013. Il-mara tiegħu Maria għandha l-kumpanija tagħha fejn tħit iż-żraben taż-żfin li jgħidulhom point shoes u anke żraben tal-ballet. Issa jidher li se tkompli ttejjeb il-karriera tagħha hekk kif ser tmur Londra għal opportunita’ li dejjem ħolmot li sseħħ f’ħajjitha.


Kevin qalilha fuq Facebook, “Jien verament kburi bik u b’dak li se jirnexxielek tagħmel dalwaqt avolja se nimmissjak ħafna dan il-weekend! Nixtieq lill-mara tiegħi Maria Francesca l-vjaġġ it-tajjeb u r-risq għall-iżvilupp tal-karriera tagħha f’Londra, l-Ingilterra. Gawdi kull sekonda qalbi.”


Kemm aħna ferħanin għalik Maria, nisperaw li tieħu gost u titgħallem ħafna!

Facebook/ Kevin Borg


Gabriella Borg