Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Enemalta Plc qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni importanti li jaf tkun ta’ benefiċċju għal ħafna sewwieqa li jagħmlu użu minn din it-triq.
Bdew billi qalu, “Ix-xogħol għaddej fuq it-tisħiħ tas-sistema ta’ distribuzzjoni fiż-żoni ta’ Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi fejn qed ngħaddu cables ġodda taħt l-art tal-11kV.”
Komplew billi żiedu jgħidu, “Karreġjata minn Triq Ħal Luqa ser tkun magħluqa matul il-lejl mit-Tlieta 23 ta’ Lulju u l-iljieli kollha sal-ġimgħa 26 ta’ Lulju 2024. Dan l-għeluq ser ikun bejn it-8.00pn u l-5.00am ta’ filgħodu.”